Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi ħabbar fil-parlament li l-President Emeritus George Abela aċċetta li se jkompli jmexxi d-diskussjonijiet mal-unions tal-ħaddiema tal-Air Malta biex jiġi negozjat il-ftehim kollettiv sas-sena 2020 skond il-prinċipji diġa’ maqbula.
Meta wieġeb sensiela ta’ mistoqsijiet parlamentari tal-membri parlamentari nazzjonalisti Mario de Marco u Claudio Grech, Il-Ministru Mizzi qal li d-diskussjonijiet iridu jieħdu in konsiderazzjonijiet erba’ prinċipji.
L-ewwel wieħed huwa li l-Air Malta tyrid tkabbar id-dħul u l-ewwel deċizjoni li ħa l-Bord tad-Diretturi taħt it-tmexxija tan-Nutar Charles Mangion hija li l-linja tal-ajru terġa; tibda t-tir lejn u minn Frankfurt – titjira kuljun fis-sajf u erba’ darbiet gil-ġimgħa fix-xitwa minn Novembru li ġej.
L-Air Malta trid tara xi prodott qed toffri lill-klijenti u tara jekk għandix tintroduċi affarijiet ġodda bħal titjira fejn wieħed jixtrui l-biljett biss u dan biex iżżomm il-kompetittività mal-low cost airlines.
Il-kumpanija trid tara dawk li huma core functions (bħat-titjiriet) u non-core functions (bħall-ground handling) u jekk dawn ta’ l-aħħar għandhomx ikunu mogħtija lil xi aġenzija.
Il-Ministru Mizzi qal li irid ikun hemm revizjoni tal-mod tax-xogħol: jekk l-Air alta tikber, il-cabin crew itiru iżjed, jinfetħu aktar rotot u jinkrew aktar ajruplani.
Dwar l-istrategic partner, il-Ministru Mnizzi qal li l-gvern irċeva suġġeriment interessanti u oħrajn li ma kinux daqstant interessanti. Il-gvern sze jibqa’ jsaħħaħ lill-kumpanija tal-ajru biex din tkun f’pożizzjoni b’saħħitha fin-negozjati mal-imsieħeb strateġiku.
Il-Ministru qal li l-prestazzjoni tal-Air Malta tjiebet f’dawn l-aħħar tliet snin u deċizjoni li trid tittieħed malajr hija jekk għandux jinkera ajruġlan ieħor.