Fl-aħbarijiet fl-Ingilterra, speċjalment dawk sportivi, qed jissemma kontinwament Bob Higgins.
Ingliż li għal pajjiżna mhux isem ġdid, hekk kif kien impjegat mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol bħala Youth Development Officer fil-bidu ta’ snin disgħin. Higgins kien impjegat mal-MFA meta President kien hemm George Abela.
Bħal lum, dakinhar ukoll kienu feġġew akkużi li Higgins seta’ kellu aġir abbużiv b’kunfidenzi u avvanzi sesswali fil-konfront tat-tfal.
Malli rċieva rapporti li kellu proċeduri pendenti, flimkien ma’ Father Hilary Tagliaffero, telgħu mill-ewwel l-Ingilterra fejn Higgins kien għal btala.
Isma’ l-kummenti ta’ Abela fil-filmat.