Hunter McIntyre, iċ-Champion dinji tal-‘Hyrox’, jinsab f’Malta.
McIntyre huwa atleta professjonali u fitness trainer li stabilizza ruħu sew fix-xena internazzjonali sportiva, speċjalment fid-dinja tat-tiġrijiet bl-ostakli u fl-isport magħruf bħala ‘Hyrox’, li fl-aħħar sentejn f’Malta, żied sew fil-popolarità.
Huwa ġie msemmi fost l-aktar ħamsin atleta fit fid-dinja minn Sports Illustrated, u huwa wkoll iċ-champion li s’issa ħadd ma għeleb, tar-reality show ta’ CMT, Broken Skull Ranch.
Fl-età ta’ erbgħa u tletin sena, McIntyre iżomm it-titlu ta’ Champion Dinji tal-HYROX għal tliet snin konsekuttivi.
L-atleta ġie Malta wara kollaborazzjoni ma’ Warehouse Gym, fejn mill-Ġimgħa sal-Ħadd, se jmexxi seminars sportivi biex jiggwida atleti Maltin dwar dan l-isport, jimmotivahom u jħejjihom aħjar għat-tiġrija li jmiss.
“Hyrox is one of the sports that’s growing all over the world and Malta is becoming this really fast-growing community and they absolutely love Hyrox. I’ve been three times world champion of this sport in the world record holder, I came in this weekend to basically help teach everybody about this sport, educate them a bit, help motivate them and get them ready for the next race.”
Staqsejna lill-Head Coach ta’ Warehouse, David Schembri, jispjegalna aktar dwar x’inhu eżattament ‘Hyrox’.
“Il-Hyrox hija tmien ġirjiet ta’ kilometru u għandek tmien stazzjonijiet fejn tagħmel ix-xogħol, u dawn ivarjaw minn skierg għal rower, sled push u sled pull, lunges u burpees, wall balls u farmers carry. L-isbaħ ħaġa li meta naraw il-Hyrox naraw nies minn kull tip ta’ dimensjoni tal-ħajja, jiġifieri naraw ommijiet, naraw nies kbar fl-età – fil-world championships kien hemm mara ta’ 75 li għamlitha u kulħadd kien qed jifraħ għaliha, tara atleti li jeħduha iktar bis-serjetà u jikkompetu.”
U peress li din hija l-ewwel darba tal-atleta Amerikan f’Malta, ma stajniex ma nistaqsuhx x’jaħseb dwar pajjiżna.
“I love Malta, it’s like a Mediterranean paradise, yesterday we went out on the boats, we got to see the Blue Lagoon. I’d never really heard about it to be honest, I live on the other side of the world in the United States.”
Hu qalilna li b’taħlita ta’ gyms mill-aqwa, veduti pittoreski, ikel tajjeb, u nies mill-aħjar, żgur li se jerġa’ jirritorna f’pajjiżna.
“Right around the corner you can get right on the water, get on a boat, travel around, amazing food, good wine, good people, really good English – you know I’m used to traveling around Europe and a lot of people make it a bit confusing, but Malta’s got a different experience and I’ll definitely be back.”