Ġenituri ta’ tfal b’mard rari se jingħatawlhom kontribuzzjonijiet akkreditati tas-sigurtà soċjali sabiex il-perjodu ta’ waqfien mix-xogħol ma jkunx rifless fil-pensjoni u b’hekk ikunu eliġibbli għal pensjoni aħjar.
Il-perjodu ta’ kontribuzzjonijiet akkreditati se jkun sa massimu ta’ 8 snin li huwa l-istess ammont li japplika għal persuni b’diżabbiltà.