Il-Gvern se jgħolli mill-ġdid l-allowance ta’ kull ġimgħa li jirċievu ġenituri ta’ tfal b’diżabiltà fiżika jew mentali.
Mis-sena d-dieħla, dawn il-ġenituri se jirċievu €25 fil-ġimgħa, żieda ta’ €5 fil-ġimgħa mis-snin ta’ qabel.
Il-familji ta’ madwar 1,400 tifel u tifla se jibbenefikaw minn din il-miżura, imħabbra ftit tal-ħin ilu fil-Parlament mill-Ministru Edward Scicluna waqt id-diskors tal-baġit.
Dan l-istess benefiċċju kien żdied minn Gvern Laburista minn €16.31 għal €20 fil-ġimgħa.