Eluf ta’ ġenituri fi Spanja ħarġu qatta bla ħabel kontra l-amont ta’ xogħol tad-dar, jew aħjar homework, li jingħata lil uliedhom. Infatti f’dan it-tmiem–il ġimgħa se joħorġu fuq strajk kontra l-iskejjel tal-istat; bi studenti minn tnax –il elf skola madwar id-dinja se jkunu avżati biex ma jagħmlux il-homework għax-xahar ta’ Novembru.
L-assoċjazzjoni Spanjola li ħarġet b’dan l-istrajk argumentat li l-homework huwa ta’ detriment għall-istudenti. Spanja klassifikat fil-ħdax –il post minn erbgħa u sittin pajjiż li fihom l-aktar li jingħata xogħol għad-dar mill-iskejjel, b’Shangai, ir-Russja u Singapor rispettivament ikunu l-pajjiżi li jagħmluha fil-quċċata ta’ din l-istess lista.