Ġenituri li ma jgħixux flimkien u li minħabba l-pandemija tal-COVID-19 ma kienux qed jaraw lil uliedhom, mil-lum jistgħu jibdew jikkomunikaw ma’ uliedhom permezz ta’ mezzi online.
Il-Ministru għall-Familja, Michael Falzon ħabbar li l-Ħamis il-Ministeru ressaq rikors b’rabta ma din is-sitwazzjoni il-Qorti, liema talba ġiet milqugħa fi ftit sigħat. Għalhekk ġenituri li kellhom l-aċċess għal uliedhom limitat, issa taħt superviżjoni ta’ uffiċjal tal-Appoġġ se jkunu jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ uliedhom. Fl-aħħar ġimgħat, l-Aġenzija Appoġġ ħadmet biex ikollha l-mezzi teknoloġiċi biex jibda jingħata dan is-servizz mingħajr ma jkun ta’ ħsara lill-ulied.
Il-Ministru qal illi l-ulied ma għandhomx jintużaw bħala arma bejn il-ġenituri, Dr Falzon qal dan hekk kif xi ġenituri qed jużaw is-sitwazzjoni preżenti biex jillimitaw l-aċċess lil ġenitur ieħor milli jaraw lil ulied.