Bosta ġenituri kif ukoll studenti ffirmaw petizzjoni li titlob li t-tfal fl-iskejjel sekondarja u primarja jingħataw il-possibiltà li jmorru l-iskola libsin it-tracksuit waqt il-jiem ta’ ksieħ tul l-istaġun tax-xitwa.
Il-petizzjoni qed titlob li tkun iffirmata minn elf persuna, bil-mira kważi ntlaħqet hekk kif s’issa ffirmaw 888 persuna.
Il-petizzjoni tgħid li apparti l-fatt li t-tracksuit tkun ta’ għajnuna biex tnaqqas il-ksieħ għall-istudenti, huma jkunu aktar komdi biex jiċċaqilqu kemm waqt il-ħin liberu tal-iskola u kif ukoll waqt attivitajiet sportivi.
Kienu bosta ġenituri li flimkien ma’ isimhom kitbu messaġġ li jħeġġeġ din il-bidla hekk kif jixtiequ li t-tfal taghħom jiġu mogħtija din l-għażla fejn sostnew li l-uniformi normali, dik tal-qmis u l-ingravata, mhix armata biex issaħħan fix-Xitwa.