Niġerjan ġie salvat mill-garaxx tal-ġenituri tiegħu fil-belt ta’ Kano fin-Niġerja. Proprju l-post fejn kien ilu maqful għal dawn l-aħħar tliet snin.
Ahmed Aminu ta’ tletin sena nstab mill-Pulizija wara li twettaq raid mill-Pulizija fir-residenza tal-familja.
Kienu l-ġirien li infurmaw NGO fil-lokal dwar is-sitwazzjoni tiegħu.
Kemm missieru u kif ukoll is-sieħba ta’ missieru ġew arrestati hekk kif l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.