Il-Pulizija tal-Indja qiegħda tinvestiga l-ġenituri ta’ tifla ta’ 13-il sena li mietet il-ġimgħa li għaddiet, wara li għamlet sawm ta’ 68 jum. Il-Pulzlija fin-nofsinhar ta’ Hyderabad iridu jkunu jafu jekk Aradhana Samdarija kinitx imġiegħla ssum.
Il-ġenituri tagħha qiegħdin jinsistu li għamlet is-sawm b’mod volontarju skont kif titlob ir-reliġjon tagħhom, Jain Dharma, li huwa wieħed mill-eqdem reliġjonijiet fid-dinja.
Il-każ qajjem dibattitu sħiħ, wara rapporti il Aradhana għexet 68 jum tieġu biss ilma mgħolli. Jumejn wara li temmet is-sawma, tilfet ħajjitha. Esperti jemmnu li l-bniedem kapaċi jgħix sa xahrejn mingħajr ikel.
Il-passi kontra l-ġenituri ndew jittieħdu wara li organizazzjoni favur id-dritt tat-tfal ressqet ilmenti.