Omm ta’ tarbija xtaqet tgħaddi messaġġ biex ġenituri jiflu l-ħwejjeġ ta’ wliedhom sewwa qabel ilibbsuhom.
Qalet li tista’ tgħoddha b’waħda, wara li innoċentament libbset ġakketta ġdida lit-tarbija tagħha. Fi kliemha stess:
“Jekk jgħoġobkhom, attenti meta tmorru tixtru l-ħwejjeġ għat-trabi tagħkom. Dan huwa riżultat ta’ ġakketta li ħallewlha l-pin fiha. Jien ma ndunajtx. Ħsilt il-ġakketta u l-pin baqa’ mwaħħal. Peress li l-ġakketta fleecy, il-pin ma tindunax bih. Ma nafx għalfejn jużaw pins għall-alarms fuq ħwejjeġ tat-trabi. Għidli jien, kieku daħlitlu f’għajnejh, tarbija ta’ ħames xhur!”
L-omm qalet ukoll li tixtieq li l-istorja tagħha tkun mifruxa biex titqajjem kuxjenza, filwaqt li sostniet li ma tħosshiex ikkalkulata, wara li ċemplet is-servizz ta’ customer care tal-kumpanija tal-ħwejjeġ.