L-uffiċċju tal-MATSEC qal li se jkun qed jinvestiga wara li rċieva diversi ilmenti wara s-sessjoni ta’ ‘listening comprehinsion’ tat-Taljan. Dan wara li l-istudenti lmentaw kif ma setgħux jisimgħu sew u għalhekk kienu ħafna dawk li kitbu jew ikkuntatjaw lil Matsec.
Kien hemm madwar 1,600 student li kellhom dan l-eżami li jgħodd 21% tal-marka globali.
Wara li l-MATSEC ħabbru li se jinvestigaw, ġenitur kitbilna jsostni li l-istess problema nqalgħet waqt l-eżami tas-smigħ tal-Ispanjol nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu, fl-istess ċentru tal-ezamijiet.
Fi kliemu: “Dakinhar is-sound tas-silta moqrija ma kienx ċar. Apparti minn hekk, il-bibien infetħu fl-16:00 meta l-ezami kellu jibda fl-16:00 bil-konsegwenza li wħud mill-istudenti spiċċaw poġġew bilqiegħda fl-16:10. Minħabba f’hekk, uħud mill-istudenti ma ngħatawx bizzejjed ħin sabiex jaqraw il-mistoqsijiet dwar is-silta minn qabel hekk kif jitolbu l-proċeduri tal-eżami. Jien, bħala ġenitur, ressaqt l-ilment tiegħi permezz ta’ emails varji lid-Direttur tal-Matsec u lill-Kap tat-taqsima tal-Lingwi tal-Matsec li ili se ssir l-investigazzjoni meħtieġa”. L-istess ġenitur qal li tal-MATSEC wieġbu li kienu ċerti li kulħadd kien f’postu u ssetiljat qabel ma nbeda l-eżami tas-smigħ u li fuq il-post kienu preżenti kemm uffiċjali tal-MATSEC u eżaminaturi li raw li l-eżami twettaq kif jixraq.
Madanakollu l-ġeniturq qal “nibqa’ nisħaq li dak li stqarr ibni u dak li stqarru studenti oħrajn li kellimt jien; kollha kkonfermaw dak li stqarr ibni jiġifieri li s-sound ma kienx ċar u li mhux l-istudenti kollha ngħataw iċ-ċans li jaraw il-mistoqsijiet minn qabel”.