L-uċuh tal-passat komplew jiddominaw il-pjattaformi tal-Partit Nazzjonalista.
Dan hekk kif l-eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista Pawlu Borg Olivier; li hu sinonimu mal-amministrazzjoni GonziPN ipparteċipa f’dibattitu fuq Newsbook.
Dibattitu li wera kemm fil-Partit Nazzjonalista ma nbidel assolutament xejn.
Tant li waqt id-dibattitu, Pawlu Borg Olivier ma setax jirreżisti milli jiddikjara li l-ġenerazzjoni tal-ONE, u allura dawk kollha li b’xi mod jew ieħor kienu parti mill-istorja tal-istazzjon, inkluż is-segwaċi numerużi tiegħu, hija ġenerazzjoni li tqallak.
“Jekk ħa tibqa’ b’din l-atitudni tipika, mhux biss tiegħek, imma tan-nies kollha li telgħu fil-ġenerazzjoni tas-Super One, li tqallak!”
Dikjarazzjoni li sostna u kkonferma bla tlaqliq ta’ xejn meta kkonfrontat mill-Avukat Charlon Gouder.
Charlon Gouder: “Dan mhux attakk eh.”
Paul Borg Olivier: “U żgur li le.”
Charlon Gouder: “Ġenerazzjoni li tqallak.”
Paul Borg Olivier: “Iva! Iva! Iva!”
Borg Olivier saħansitra ġġustifika l-argument tiegħu b’aktar diskors ta’ mibegħda kontra l-ġurnalisti li tul is-snin esponew l-aġir diviżiv ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti tal-passat.
Paul Borg Olivier: “Jien irreferejt għal selezzjoni ta’ ġurnalisti, fosthom inti l-ewwel wieħed…
Charlon Gouder: “…bħala l-ġenerazzjoni li tqallak.”