Ftit tal-minuti ilu, il-membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu impenjati jitfu nirien f’fabbrika ikkawżat minn generator li jinsab fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-binja.
Il-każ seħħ fil-fabbrika Construct Furniture, fiż-żona industrijali ta’ Ħal Luqa. Il-ħaddiema kienu evakwati mill-fabbrika bil-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jikkontrollaw in-nirien. Fuq il-post kien hemm diversi fire engines ‘stand by’ f’każ li n-nirien jinfirex.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Ħal Luqa għaddejja bl-investigazzjonijiet.
Ritratti u Filmat: Melvic Zammit