“Is-sena 2022 kienet l-aqwa sena għal-lukanda tagħna.”
Kliem il-General Manager tal-lukanda Phoenicia fil-Furjana, Robyn Pratt, f’kumment ma’ ONE News fl-aħħar jum tas-sena.
Hija qalet li minn April ’l hawn, it-turisti żdiedu b’rata mgħaġġla, u l-lukanda għamlet diversi investimenti biex ittejjeb il-kwalità tal-prodott.
Qalet, “Obviously we started the first quarter was very slow, but to be honest with you from April onwards, we really have had a record year to be honest with you and December we’re closing at highest levels ever.”
Hija qalet li fi żmien il-festi, il-lukanda rat turisti minn diversi pajjiżi.
Qalet, “Festive season has been a record one for us, to be honest with you. I think we had a lot of international guests staying here, I think the weather has really helped. But I think over COVID, there were countries that Malta was one of the few that they could come to, they felt safe and that has manifested into a high demand from like France, we had guests from Israel, we had guests from America here at the moment, obviously UK.”
Fl-aħħar jum tas-sena, il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, flimkien maċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Gavin Guila u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Carlo Micallef, iltaqgħu mal-ħaddiema ta’ din il-lukanda.
Il-Ministru Bartolo qal li din is-sena, pajjiżna qabeż kemm il-miri li kien hemm għat-turisti u anki f’dawk li huma wasliet fl-ajruport Malti.
Qal, “Dalgħodu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħabbar li qabeż it-targets tiegħu ta’ 5,500,000 f’Novembru, li dan it-tagret kellu jintlaħaq sa Diċembru u ntlaħaq f’Novembru. Allura dan kollu juri kemm l-irkupru tas-settur turistiku, li huwa wieħed mill-muturi ekonomiċi ta’ pajjiżna huwa b’saħħtu u se jkompli jgħin anki għas-sena li ġejja biex l-ekonomija tkompli timxi ‘l quddiem għaliex wara kollox iridu naraw li din l-industrija tkompli toffri izjed opportunitajiet ta’ investiment u anki ta’ mpjieg u kif ukoll ta’ turisti li jkomplu ġejjin lejn pajjiżna.”