L-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu ffirmat ġemellaġġ mal-Corpo Bandistico Federico II-Citta di Augusta ta’ Sqallija. Il-ġemellaġġ ġie ffirmat nhar is-Sibt 27 ta’ Awwissu 2022 mill-presidenti Dr. Nicholas Busuttil Dougall u Emanuele di Grande fis-Sala San Duminku ġewwa Palazz id-Dumnikani fi Triq il-Mina l-Kbira, il-Każin tal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu.
Il-ġemellaġġ għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rabtiet mużikali u kulturali bejn iż-żewġ baned u joffri opportunitajiet ġodda għall-aljievi miż-żewġ għaqdiet. Nhar is-Sibt 27 ta’ Awwissu u l-Ħadd 28 ta’ Awwissu 2022, il-Corpo Bandistico Federico II Citta di Augusta ta’ Sqallija ħadu sehem fil-festa f’ġieħ San Duminku fil-Belt Rebbieħa.