Gejtu Vella irriżenja minn Kap tal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista inqas minn ġimgħa wara li nħatar biex iservi fiha mill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
L-eks Segretarju Ġenerali tal-UĦM informa lis-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech b’din id-deċiżjoni.
Il-Maltatoday irrappurtat li mkejjen fid-Dar Ċentrali spjegaw li dan ġara wara ġlieda kbira li Gejtu Vella kellu mal-Kap Adrian Delia fuq it-telefon. Dan dwar argument li kellu ma’ membru ieħor fil-Kummissjoni, Danica Caruana.