L-eks kandidat tal-Partit Nazzjonalista, Gejtu Vella, qal li jaqbel mad-deputat Marlene Farrugia li l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista kellha tkun sospiża.
Vella kiteb dan f’The Malta Independent fejn tkellem dwar it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.
“Marlene Farrugia appellat lill-Partit Nazzjonalista biex jissospendi t-tellieqa għat-tmexxija.
Għandi l-istess opinjoni tagħha,” kiteb Gejtu Vella li saħaq li din xi ħaġa li kellha tkun ikkunsidrata iktar qabel. Skont Gejtu Vella dan kellu jsir għax il-membri tal-Partit Nazzjonalista ma kellhomx ikunu mgħaġġla biex jeleġġu kap ġdid. Skont hu din hi kariga li teħtieġ attenzjoni speċjali.