Il-kantanta Għawdxija Pamela Bezzina ġiet mistiedna biex tkanta quddiem il-Papa Franġisku, hekk kif matul il-mawra tiegħu f’pajjiżna, żar ukoll għal ftit ħin il-gżira Għawdxija. Iżda minħabba impenji oħra, l-kantanta qalet li ma setgħetx tattendi u tkun preżenti fiċ-ċelebrazzjoni li saret is-Sibt 2 t’April f’Ta Pinu, Għawdex

Il-kantanta qalet li tinsab onorata li l-organiżżaturi għażlu l-innu ‘Is-Sliem Għalik‘ li kitbet hi stess ftit żmien ilu biex jitkanta quddiem il-Papa. Hija esprimiet ir-rigrazzjament tagħha lill-kor Djoċesan ta’ Għawdex immexi minn Dorienne Portelli u lill-kantanti u mużiċisti kollha tal-parteċipazzjoni tagħhom
Segwi hawn ‘Is-Sliem Għalik’ minn Pamela Bezzina