Ġie l-ewwel darba Malta meta kellu dsatax-il sena, għax missier il-mara tiegħu kellu appartament l-Imsida. Sar iħobb lil gżiritna, u spiċċa biex baqa’ jiġi diversi drabi.
Din hi r-rabta li għandu ma’ pajjiżna l-leġġenda ta’ Manchester United Bryan Robson. Ma’ ONE News qalilna li baqa’ jiġi kemm-il darba għax huwa pajjiż sabiħ ħafna.
Faħħar ukoll lill-Maltin għal mod kif jilqgħu n-nies. Dan filwaqt li fisser ukoll li s-supporters Maltin ta’ Manchester United li għandhom passjoni liema bħalha.
Mistoqsi dwar il-fatt li pajjiżna issa huwa d-destinazzjoni uffiċjali ta’ klabb ġgantesk bħal Manchester United, qal li din se tqanqal kurżità dwar pajjiżna li se twassal biex aktar nies jagħżlu lil Malta għal btajjel tagħhom.
Tal-istess fehma huwa l-midfielder preżenti tal-klabb Juan Mata, li qalilna li minkejja li għadu qatt ma kellu ċ-ċans iżur pajjiżna, se jagħmel dan mill-iktar fis.
Kellna ċ-ċans ukoll nistaqsu lil Mata dwar il-ħsibijiet tiegħu fuq l-istaġun li għadu kif beda’ fejn Manchester United għadhom iridu jsibu saqajhom.