“Ġejna ngawdu din il-festa.”
Dan kien il-messaġġ li diversi persuni għaddewlna hekk kif crew ta’ dan l-istazzjon tkellem magħhom waqt li kienu f’Marsaxlokk għall-festa ta’ San Girgor.
Il-maġġoranza ta’ dawk preżenti qalulna li niżlu jduru l-monti li jarma kull nhar ta’ Ħadd, iżda li f’San Girgor ikollu aktar bejjiegħa, biex imbagħad waqfu f’wieħed mill-bosta ristoranti tul ix-xatt biex kielu l-ikla ta’ nofsinhar mal-għeżież tagħhom.
Dan stqarruh magħna waqt li kienu qegħdin iduru mal-monti Xlukkajr.
Waqt li kienu qegħdin jinxtraw ġogi ġodda għat-tombla ta’ wara, slitna wkoll ftit kummenti mingħand dawk li kienu qegħdin jilagħbu fil-Pjazza ta’ Marsaxlokk.
Huma tkellmu magħna dar fif kienu qed iqattgħu l-ġurnata.