Minkejja li ħafna drabi l-artiklu jgħidlek dwar it-tbassir tat-temp, din id-darba se jgħidlek dwar produzzjoni qasira li għamlu studenti tal-MCAST.
Il-filmat huwa parti minn kors fl-Istitut tal-Arti u Disinn b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Edukazzjoni. Liema produzzjoni hija adattament mill-poeżija ta’ Mary Meilak – Ġejja x-xita.
Filmati bħal dawn juru s-sens ta’ innovazzjoni fost l-istudenti Maltin. L-għan ewlieni wara dawn il-produzzjonijiet ikun li jippreparaw lill-istudenti tal-arti u d-disinn għad-dinja tax-xogħol.