Id-DJ leġġendarju Fedde Le Grand ġej Malta. Ħabbru dan Ministry of Sound, fejn qalu li s-superstar Olandiż se jkun pajjiżna għal spettaklu mużikali nhar is-Sibt, 15 ta’ Lulju.
Le Grand huwa sinonomu ma’ mużika dance u stabilixxa ruħu fost l-aħjar DJs fix-xena.
Ħadem ma’ artisti kbar, fosthom Coldplay, Madonna, Rihanna u Mariah Carey, billi għamel re-mixes ta’ diski famużi tagħhom. B’hekk sab ruħu fuq net taċ-charts mużikali madwar id-dinja.