Riħ kiesaħ billejl u bi nhar qed ikompli, u t-temperatura qed tkompli nieżla.
It-temp Xitwi qed ikompli jippersisti hekk kif sa dalgħodu stess qomna bil-ħoss tax-xita traxxax mat-tieqa, iżda huwa mistenni li fi tmiem il-ġimgħa l-gżejjer Maltin se jaraw ħalbiet tas-silġ u temperatura aktar baxxa, preċiżament 4°C.
Dan qed jiġi mbassar mill-uffiċju Meterjoloġiku, tbassir li jaqbel ma dak tal-uffiċji meterjoloġiċi internazzjonali.
Xi wħud se jkunu qed jistennew dan it-temp biex iqattgħu tmiem il-ġimgħa għas-sħana fil-kumditá ta’ djarhom filwaqt li oħrajn xejn m’hu se jieħdu gost, hekk kif għandhom pjanat li jqattgħu dawn il-ġranet fil-ftuħ.