Bħalissa għaddej il-logħob tal-volleyball bħala parti mill-maratona ta’ tmiem il-ġimgħa. Hemm b’kollox 40 plejer maqsumin f’ ħames timijiet li huma sponsorjati minn entitajiet differenti. L-isponsor ewlieni huwa Marigold Foundation.
Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw permezz ta’ telefonati u SMS. Il-flus li se jinġabru matul din il-maratona se jmorru biex tinbena dar oħra għall-persuni b’diżabilta’, fil-Balluta. Il-maratona għandha għaddejja sa għada f’nofs il-lejl.
Diversi personalitajiet żaru l-maratona fosthom il-Prim Ministru. Huwa spjega li filwaqt li tajjeb li wieħed jieħu gost bl-isports, tajjeb li l-poplu Malti dejjem jibqa juri s-solidarjeta’ li dejjem wera mad-Dar tal-Providenza.