Gażaża f’forma ta’ faqqiegħa qed titneħħa mis-suq peress li ma tikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli u l-istandards Ewropej applikabbli. Dan minħabba li ras il-gażaża tista’ tinqaleb ’il ġewwa b’tali mod li tista’ timblokka l-imnieħer u l-ħalq tat-tfal, bir-riskju ta’ soffokazzjoni.
Għaldaqstant, l-Awtorità għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ħadet passi sabiex tiżgura li dan il-prodott jitneħħa mis-suq lokali.
Il-konsumaturi li xtraw dan il-prodott għandhom jevitaw li jużawh u, fejn possibbli, jirritornawh lura għand il-bejjiegħ minn fejn xtrawh.
Il-bejjiegħa huma obbligati li jirrimedjaw lill-konsumaturi, billi jissostitwixxu l-prodott imsejjaħ lura b’wieħed sikur.
Il-prodott iġorr miegħu n-numru ta’ identifikazzjoni B09H2RH1QT, B09JWL234H, u B09H2SBX. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb hawn.