Gaza għal darba oħra sofriet attakk mill-ajru wara li 25 bomba intefgħu fuq il-belt Palestinjana mill-Forzi tad-Difiża mill-Iżrael, f’dak li qed jissejjaħ l-ikbar attakk fl-aħħar snin.
Minkejja s-saħħa tad-diversi splużjonijiet fl-inħawi, fosthom anke biswit skola, s’issa m’hemm ebda rapporti ta’ mwiet.
Fuq il-post għad hemm diversi ambulanzi biex jagħtu l-għajnuna meħtieġa lil diversi persuni li nzertaw fuq il-post fil-ħin tal-attakk.