Il-Knisja ta’ San Franġisk, fiċ-ċentru ta’ Ħal Qormi, reġgħet qed issebbaħ il-pjazza li ġġib isem l-istess qaddis. Dan wara li sar xogħol importanti ta’ restawr ikkordinat mill-Kunsilli Lokali b’fondi miksuba mill-Awtorità tal-Ippjanar.
B’kollox ix-xogħol se jkun sewa ftit iktar minn ħamsin elf ewro. Iżda peress li l-kappella hi proprjetà privata r-restawr huwa parzjlament ffinanzjat bil-Kunsill Lokali jidħol għall-inizjattivi għaliex ma kienx ikun għaqli li ġawrha bħal din tintilef għax il-privat ma jkollux biex jirrestawrawha.
Is-Sindku ta’ Ħal Qormi, Rosianne Cutajar, spjegat kif il-Kunsill li tmexxi hi poġġa fost il-prijoritajiet tiegħu l-wirt storiku u dan il-proġett huwa wieħed min ħafna. Cutajar spjegat kif pjazza San Franġisk tilqa’ fiha mijiet ta’ nies fiż-żmien tal-festa ta’ San Ġorg nhar ta’ Ħamis meta tittella’ statwa ta’ San Ġorg, li din is-sena se titla’ fi sfond isbaħ.