Fit-tieni jum ta’ Novembru, il-Knisja Kattolika tfakkar il-memorja ta’ dawk kollha li ħallew din id-dinja.
Crew ta’ ONE news żar iċ-ċimiterju ta’ Ħal Qormi, fejn sab diversi persuni li ftakru fl-għeżież tagħhom li ħallew din id-dinja u b’sinjal ta’ rispett, marru jfakkru l-memorja tagħhom b’xi bukkett fjuri jew xemgħa fuq il-qabar tagħhom.
Tkellimna wkoll ma’ dak li kuljum jieħu ħsieb it-tindif taċ-ċimiterju.
Qal, “In-nies jiġu ta’ spiss ukoll mhemmx bżonn fix-xahar tal-mejtin biex jiġu. Jiġu ħafna nies u jien niġi kuljum, niġi nara lil missieri hux għax bħal missierek ma ssibx.”
Dan l-istazzjon tkellem ukoll ma’ Fr. Colin Apap dwar is-sinifikat ta’ Jum il-Mejtin fid-dinja tal-lum.
Qal, “Nemmen li rridu nitolbu għall-erwieħ tagħna li huma għeżież u l-fatt li mmorru fuq l-oqbra tal-għeżież tagħna huwa mod ieħor ta’ kif jiena nagħmel closure tat-telfa li nkun għamilt imma għad nerġaw niltqgħu m’għandi dubnju li għad nerġaw niltaqgħu mal-aktar għeżież tagħna.”