Il-karattru televiżiv l-avukat Gawdenz Bilocca spiċċa l-Qorti, iżda din id-darba f’każ reali li jinvolvi ksur ta’ copyright televiżivi.Il-produzzjoni u kumpanija Bronk Productions fetħet każ kontra Fabian Scerri De Carlo u l-awtur Frederick Camilleri fuq allegatament ksur ta’ termini u kundizzjonijiet.
Fil-Qorti d-diretturi tal-kumpanija Benny Casha u Pierre Bonello lmentaw li l-karattru ta’ Gawdenz Bilokka kien ikkupjat minn karattru ieħor, dak ta’ Gawdenz Spadaru, li kien figura ewlenija fit-teatru lokali.
Kemm il-Bronk u l-akkużati kienu qablu dwar ħlas biex ikun użat dan il-karattru iżda rriżulta li sena wara Scerri De Carlo beda jbiegħ dan il-karattru waħdu, mhux mal-Bronk. De Carlo qal li huwa ħoloq il-karattur ta’ Gawdenz Bilocca u mhux lil Gawdenz Spadaru, li kellu manjieri u apparenza differenti minn dik ta’ Bilocca.
L-Imħallef Jacqueline Padovani Grima qalet li dan il-karattru ma kienx suġġett għal copyright tant li qas setgħet tara konnessjonijiet bejn iż-żewġ karattri. Għaldaqstant waqqgħet il-każ, u argumentat li l-kumpanija Bronk kienet ħallset lid-difensuri talli kitbu is-serje televiżiva u b’hekk ma nkisru l-ebda drittijiet ta’ copyright.