Irritorna l-karattru tant famuż ma’ bosta, s-Sur Gawdenz Bilocca.
Dan bħala parti mill-kampanja favur l-indafa mill-Ministru Evarist Bartolo u s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.
Din il-kampanja s’issa se ddur disa’ skejjel. Il-Ministru Bartolo saħaq li dan it-tagħrif li jingħataw l-iskola jasal ukoll fid-djar hekk kif it-tfal iwasslu kollox lill-ġenituri.
Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista appella lit-tfal biex filwaqt li l-adulti għadhom ma jgħarfux l-importanza, it-tfal għandhom ikunu huma li jwiddbu lill-adulti biex flimkien ingawdu Malta aktar nadifa.