Fil-bidu tas-seduta parlamentari tal-lejla, l-Avukat Gavin Gulia ħa l-ġurmament ta’ Membru Parlamentari quddiem l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia.
Dan wara li lbieraħ ġie elett bħala deputat f’isem il-Partit Laburista, f’elezzjoni każwali li saret fuq is-sebgħa distrett.
Ftit wara li ħa l-ġurament ta’ membru parlamentari, Dr. Gulia qal li l-Prim Ministru talbu biex jibqa’ Chairman tal-Awtorità għat-Turiżmu f’dan iż-żmien ta’ sfida biex settur tant importanti għal pajjiżna jqum fuq saqajh.
Gavin Gulia qal li huwa aċċetta din it-talba u għalhekk se jibqa’ Chairman tal-MTA u sussegwentament se jkun qed jirriżenja minn deputat parlamentari.
Il-pass li jmiss huwa li l-Gvern jagħmel co-option biex persuna oħra ssir Membru Parlamentari fuq in-naħa tal-Gvern.