Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa Mark Gatt għażel l-iskwadra tiegħu għal partita ta’ kwalfikazzjoni mill-Kampjonati Ewropej 2022 kontra d-Danimarka ta’ nhar it-Tlieta li ġej. Gatt żamm bosta plejers li kienu parti mill-iskwadra Maltija fir-rebħa ta’ 2 -1 kontra l-Ġeorġja u t-telfa ta’ 3-2 kontra l-Bosnija Herzegovina ta’ Marzu li għadda.
It-tim nazzjonali Malti rnexxilu jirbaħ erba’ punti f’seba’ partiti f’Grupp B. Id-Danimarka bħalissa jinsabu fl-ewwel post tal-grupp flimkien mal-Italja b’total ta’ 18-ilpunt.
L-iskwadra magħżula hija din:
Goalkeepers:
Janice Xuereb (Birkirkara); Jodie Attard (Raiders Għargħur).
Difensuri:
Stephania Farrugia (Birkirkara); Emma Lipman (Lazio, Italy); Ann-Marie Said (Birkirkara); Nicole Sciberras (Juventus, Italy); Alishia Sultana (Birkirkara); Charlene Zammit (Swieqi United).
Midfielders:
Brenda Borg (Imġarr United); Ylenia Carabott (RCSC Charleroi, Belgium); Rachel Cuschieri (Lazio, Italy); Jade Flask (Swieqi United); Veronique Mifsud (Birkirkara); Dorianne Theuma (Swieqi United); Emma Xuereb (Swieqi United); Gabriella Zahra (Birkirkara); Shona Zammit (Swieqi United).
Attakanti:
Martina Borg (Sassari Torres, Italy); Haley Bugeja (Sassuolo, Italy); Maria Farrugia (Sunderland AFC Ladies, England).
Il-partita ser tintlagħab fic-Centenary Stadium fil-18:30 bil-biben magħluqa.
Ritratt: Stephen Gatt