Il-preżentatur Ingliż, Gary Lineker se jirritorna fuq il-programm Match of the Day, wara li ntleħaq ftehim bejnu u l-BBC.
Dan wara li s-Sibt u l-Ħadd, numru ta’ ħaddiema fosthom persuni tekniċi u preżentaturi rrifjutaw milli jgħinu u jaħdmu l-programmi sportivi u saħansitra anke kummentarju waqt il-logħob.
Dan minħabba kontroversja marbuta mill-eks player u preżentatur Gary Lineker, li tkeċċa minn xogħolu wara li fuq Twitter, qabbel il-mod ta’ kif il-gvern Brittaniku tkellem dwar immigranti ma’ kif kien jitkellem il-gvern Nazzist.
Minħabba dawn il-kummenti, il-BBC issospenda lil Lineker, hekk kif skonthom, ma kienx qed ikun imparzjali.
Id-Direttur Ġenerali tal-BBC, Tim Davie għamel apoloġija b’rabta mal-problemi li nqalgħu b’rabta mal-programm Match of the Day.