Bulgara ta’ 66 sena ġarrbet ġrieħi gravi wara li waqgħet għoli ta’ madwar sular minn fetħa li kien hemm fl-art f’dar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 tat-Tlieta filgħaxija fi Triq Carlo Manchè, il-Gżira.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u kif ukoll tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.