Mara ta’ 25 sena minn Tas-Sliema ġarrbet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza tal-għamla Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 50 sena min-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:20 ta’ dalgħodu fi Triq Francisco Ximenes fin-Naxxar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.