Mara ta’ 26 sena mir-Rabat ġarrbet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn mutur tal-għamla Kymco li kien qed jinstaq minn Ingliż ta’ 28 sena li joqgħod l-Isla.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:15 tas-Sibt filgħaxija fi Triq Ġorġ Borg Olivier f’San Ġiljan.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku li ħa lill-mara l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.