Mara ta’ 38 sena mir-Renju Unit residenti l-Mosta qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident stradali.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:20 ta’ filgħodu, fi Triq il-Kultellazz, il-Mosta.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-mara waqgħet bir-rota u sofriet xi ġrieħi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tadDistrett