Raġel ta’ 31 sena mill-Mosta ġarrab ġrieħi serji wara li waqa’ minn fuq żiemel.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:10 ta’ waranofsinhar fi Sqaq Ħabel Żwejra fin-Naxxar.
Tim mediku assista lir-raġel fuq il-post u ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza għal
iżjed kura, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.