Raġel ta’ 57 mill-Mtarfa ħelisha ħafif wara li l-karozza li kien qiegħed isuq ħabtet ma’ vettura oħra li kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena minn Ħ’Attard.
Il-każ seħħ għal ħabta tal-5:00 a.m. fi Vjal l-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali.
Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi ħfief, filwaqt li fortunatament iż-żagħżugħ ma weġġax.