Raġel ta’ 54 sena mill-Mosta ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ xi ħġieġ fuqu. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:30 ta’ filgħodu fi Triq Melita, fil-Belt Valletta.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku, sabiex ir-raġel jingħata l-assistenza medika. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.