Raġel ta’ 38 sena mill-Georgia ġarrab ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni folja tal-ħadid waqgħet fuq siequ waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’maħżen fi Triq ix-Xatt il-Mollijiet fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:00 ta’ waranofsinhar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.