Ġuvni ta’ 19-il sena mir-Rabat ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq forklifter.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 1.30 p.m. f’fabbrika f’Birżebbuġa.
Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lil ġuvni l-isptar Mater Dei għal aktar assistenza medika. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin