Raġel ta’ 52 sena mis-Siġġiewi ġarrab ġrieħi gravi wara li għoli ta’ madwar żewġ sulari minn scaffolding waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni li jinsab f’Misraħ il-Forok, ir-Rabat.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 8:00 ta’ filgħodu.
Tim mediku u Membri mill-Protezzjoni Ċivili assistew lir-raġel fuq il-post u ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza għal iżjed kura, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.