Raġel ta’ 41 sena minn Birkirkara ġarrab ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni għeleb bl-iscaffolding li kien qed juża u waqa’ 2 sulari u nofs waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fil-knisja tal-Gżira.
L-inċident għall-ħabta tas-6:00 tal-Ħamis filgħaxija fil-Knisja San Albert, il-Gżira.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika. Aktar tard, il-vittma ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.