Raġel ta’ 22 sena ta’ nazzjonalità Libjan u li joqgħod San Ġwann ġarrab ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura tat-tip Nissan Juke, misjuqa minn mara ta’ 24 sena minn San Ġwann.
L-inċident seħħ fi Triq in-Naxxar, San Ġwann għall-ħabta tad-9:00 ta’ filgħodu.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil vittma l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.