Pollakk ta’ 36 sena li joqgħod il-Gżira ġarrab ġrieħi serji wara li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq tal-għamla Yamaha u baqa’ dieħel ġobarrikata.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:00 tas-Sibt filgħaxija fi Triq Notabile, Birkirkara.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard is-sewwieq ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.