Żagħżugħ ta’ 24 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ fuq il-post tax-xogħol.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:10 a.m fi Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta, meta l-vittma li hu min-Niġerja, sofra xokk waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’residenza.
Ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.