Garaxx fiż-Żejtun inħakem minn nirien kmieni dalgħodu.
Id-duħħan seta’ jintlemaħ minn bosta fil-viċinanzi hekk kif il-Pulizija ġew mgħarrfa għall-ħabta tad-9:30 li kien hemm garaxx qed jaqbad f’Labour Road fiż-Żejtun.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn fi ftit ħin irnexxielhom jikkontrollaw in-nirien.
Fortunatament fil-ħin tal-inċident ħadd ma kien fil-garaxx.