Ħadd ma jidher li weġġa’ meta garaxx ħa n-nar f’Ħaż-Żabbar. Meta ngħidu ħadd, infissru ħadd – lanqas dawn il-ħames fenkiet li jistgħu jgħodduha b’waħda.
L-inċident seħħ fi Pjazza San Nikola f’Ħaż-Żabbar. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post, u hemm intebħu b’dawn il-ħlejjaq u ħaduhom f’post għall-kenn.
Tispikka f’mumenti bħal dawn id-dedikazzjoni tal-ħaddiema li mhux biss imorru biex jitfu n-nirien, iżda jaċċertaw ruħhom li jsir l-inqas dannu possibbli. Żgur li sid il-garaxx se jkun grat.